L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji ta’ investiment, kif ukoll lil kumpanija tal-maniġment għal kull wieħed mill-fondi komuni li l-kumpanija ta’ investiment timmaniġġja, li jipprovdu tagħrif ewlieni għall-investituri f’mezz durabbli jew permezz ta’ websajt. Għandha tingħata kopja fuq karta lill-investituri fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas.
Barra minn hekk, verżjoni aġġornata tat-tagħrif ewlieni għall-investitur għandha tkun disponibbli fil-websajt tal-Internet tal-kumpanija ta’ investiment jew tal-kumpanija ta’ ġestjoni.