L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kumpanija ta’ investiment jew, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġja, kumpanija tal-maniġment tfassal, tipprovdi, tirrevedi u tittraduċi dokument bl-informazzjoni ewlenija li jikkonforma mar-rekwiżiti għad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
25
), l-awtoritajiet kompetenti jqisu li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli għat-tagħrif ewlieni għall-investituri kif stabbilit fl-Artikoli 78 sa 82 u l-Artikolu 94 ta’ din id-Direttiva.