+Artikolu 94
---+Artikolu 94 1.
---+Artikolu 94 2.
---+Artikolu 94 3.
|
Artikolu 94
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 94 1.
|
Fejn UCITS tikkummerċjalizza l-unitajiet tagħha fi Stat Membru ospitanti ta’ UCITS, għandha tipprovdi lill-investituri fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru bl-istess informazzjoni u dokumenti li hija obbligata tipprovdi lill-investituri fl-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha skont il-Kapitolu IX.
Tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
mingħajr ħsara għall-Kapitolu IX, tali informazzjoni u/jew dokumenti għandhom jiġu pprovduti lill-investituri hekk kif inhu stipulati bil-liġijiet, ir-regolamenti u/jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS;
(b)
it-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tiegħu;
(c)
l-informazzjoni jew id-dokumenti minbarra t-tagħrif ewlieni għall-investituri msemmi fl-Artikolu 78 għandhom jinqalbu, skont l-għażla tal-UCITS, għail-lingwa uffiċjali, jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru ospitanti tal-UCITS, jew f’lingwa approvata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew f’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali; u
(d)
it-traduzzjonijiet tal-informazzjoni u/jew tad-dokumenti skont il-punti (b) u (c) għandhom isiru taħt ir-responsabbiltà tal-UCITS, u għandhom jirriflettu fedelment il-kontenut tal-informazzjoni oriġinali.
|
|
Artikolu 94 2.
|
Ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll għal kull tibdil li jsir għall-informazzjoni jew għad-dokumenti msemmija.
|
|
Artikolu 94 3.
|
Il-frekwenza tal-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tal-ħruġ, tal-bejgħ, tax-xiri mill-ġdid jew tal-fidwa, ta’ unitajiet ta’ UCITS skont l-Artikolu 76, għandha tkun suġġetta għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|