+Artikolu 99a

Artikolu 99a

Artikolu 99a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti, jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom li jittrasponu din id-Direttiva jipprovdu għal sanzjonijiet, b’mod partikolari meta:

(a) 

jitwettqu attivitajiet ta’ UCITS mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 5;

(b) 

ikun eżerċitat negozju ta’ kumpanija tal-maniġment mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, bi ksur tal-Artikolu 6;

(c) 

ikun eżerċitat negozju ta’ kumpanija tal-investiment mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, bi ksur tal-Artikolu 27;

(d) 

tinkiseb holding kwalifikattiva f’kumpanija tal-maniġment, direttament jew indirettament, jew tali holding kwalifikattiva f’kumpanija tal-maniġment tiżdied aktar sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex il-kumpanija tal-maniġment issir sussidjarja tagħha (“l-akkwist propost”), mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati bil-miktub dwar il-kumpanija tal-maniġment li fiha l-akkwirent ikun beħsiebu jakkwista jew iżid holding kwalifikattiva, bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(e) 

holding kwalifikattiva f’kumpanija tal-maniġment tiġi ttrasferita, direttament jew indirettament, jew titnaqqas sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew sabiex il-kumpanija tal-maniġment ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati bil-miktub, bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(f) 

kumpanija tal-maniġment tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 7(5);

(g) 

kumpanija tal-investiment tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew kwalunkwe mezz irregolari ieħor, bi ksur tal-punt (b) tal-Artikolu 29(4);

(h) 

kumpanija tal-maniġment, malli ssir taf bi kwalunkwe akkwist jew trasferiment ta’ holdings fil-kapital tagħhom li jikkawżaw lill-holdings biex jaqbżu jew jaqgħu f’livell aktar baxx minn wieħed mil-limiti msemmija fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tonqos milli tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti dwar dawn l-akkwisti jew it-trasferimenti, bi ksur tal-Artikolu 11(1) ta’ din id-Direttiva;

(i) 

kumpanija tal-maniġment tonqos milli tgħarraf lill-awtorità kompetenti, tal-inqas darba fis-sena, rigward l-ismijiet tal-azzjonisti u tal-membri li għandhom holding kwalifikattiva u rigward id-daqsijiet ta’ dawn il-holdings, bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(j) 

kumpanija tal-maniġment tonqos milli tosserva l-proċeduri u l-arranġamenti imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (a) tal-Artikolu 12(1);

(k) 

kumpanija tal-maniġment tonqos milli tosserva r-rekwiżiti strutturali u organizzazzjonali imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-punt (b) tal-Artikolu 12(1);

(l) 

kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva l-proċeduri u l-arranġamenti imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 31;

(m) 

kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva r-rekwiżiti relatati mad-delega tal-funzjonijiet tagħha lil partijiet terzi imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 13 u 30;

(n) 

kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tosserva r-regoli ta’ kondotta imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 14 u 30;

(o) 

depożitarju jonqos milli jwettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 22(3) sa (7);

(p) 

kumpanija tal-investiment jew, għal kull wieħed mill-fondi komuni li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment tonqos ripetutament milli tosserva l-obbligi li jikkonċernaw il-politiki dwar l-investiment ta’ UCITS stipulati fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu il-Kapitolu VII;

(q) 

kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment tonqos milli tadotta proċess tal-ġestjoni tar-riskju jew proċess għal valutazzjoni preċiża u indipendenti tal-valur ta’ derivattivi OTC kif fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 51(1);

(r) 

kumpanija tal-investiment jew, għal kull fond komuni li timmaniġġa, kumpanija tal-maniġment, tonqos ripetutament milli tosserva l-obbligi li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tingħata lill-investituri imposti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikoli 68 sa 82;

(s) 

kumpanija tal-maniġment jew kumpanija tal-investiment li tkun qed tikkumerċjalizza unitajiet ta’ UCITS li timmaniġġa fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS tonqos milli tosserva r-rekwiżit ta’ notifika stipulati fl-Artikolu 93(1).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.