+Artikolu 103
---+Artikolu 103 1.
---+Artikolu 103 2.
---+Artikolu 103 3.
---+Artikolu 103 4.
---+Artikolu 103 5.
---+Artikolu 103 6.
---+Artikolu 103 7.
|
Artikolu 103
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 103 1.
|
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtorita’ kompetenti u:
(a)
l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw l-entitajiet involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;
(b)
l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
|
|
Artikolu 103 2.
|
L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-deroga pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jeħtieġu li tintlaħaq talanqas waħda kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni għandha tintuża għall-finijiet li jitwettaq id-dmir ta’ superviżjoni msemmi fil-paragrafu 1;
(b)
l-informazzjoni rċevuta hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fl-Artikolu 102(1); u
(c)
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
|
|
Artikolu 103 3.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AETS, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 103 4.
|
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 102(1) sa (4), l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbiltà, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli skont il-liġi għad-detezzjoni u l- investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-kumpaniji.
|
|
Artikolu 103 5.
|
L-Istati Membri li jkollhom rikors għad-deroga pprovduta fil-paragrafu 4 għandhom jeħtieġu li tintlaħaq talanqas waħda kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni għandha tintuża għall-finijiet li jitwettaq id-dmir imsemmi fil-paragrafu 4;
(b)
l-informazzjoni rċevuta hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali previsti fl-Artikolu 102(1); u
(c)
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni bl-ismijiet u bir-responsabbiltajiet preċiżi tal-persuni lil lilhom tkun intbagħtet.
|
|
Artikolu 103 6.
|
Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 4 jwettqu d-doveri tagħhom ta’ detezzjoni jew investigazzjoni bl-għajnuna, fid-dawl tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha f’dak il-paragrafu tista’ tkun estiża għal dawk il- persuni skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 5.
|
|
Artikolu 103 7.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-AETS, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet jew korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni skont il-paragrafu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|