Artikolu 105
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-iskambju ta’ informazzjoni, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu determinati l-kondizzjonijiet tal-applikazjoni fir-rigward tal-proċeduri, il-mudelli u l-formati għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS.
Is-setgħa hija konferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.