+Artikolu 106 1.

Artikolu 106 1.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu mill-anqas li kull persuna approvata skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KE, li twettaq f’UCITS jew f’impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha l-awditjar statutorju msemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE, l-Artikolu 37 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE, jew l-Artikolu 73 ta’ din id-Direttiva jew xi dover statutorju ieħor, għandu jkollha d-dover li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kull fatt jew deċiżjoni li tikkonċerna dik l-impriża, li dwarhom tkun saret konxja waqt it-twettiq ta’ dak id-dover, u li aktarx iwasslu għal kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ UCITS jew ta’ impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom;

(b) 

it-tfixkil tal-funzjonament kontinwu tal-UCITS jew ta’ impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha; jew

(c) 

ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew l-espressjoni ta’ riservi.

Dik il-persuna msemmija fil-punt (a) għandu jkollha d-dover li tirrapporta kull fatt jew deċiżjoni li dwarhom issir konxja matul it-twettiq ta’ dover kif deskritt fil-punt (a) f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-UCITS jew ma’ impriża li tikkontribwixxi għall-attività tan-negozju tagħha, li fiha tkun qiegħda twettaq dak id-dover.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.