L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Ġunju 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli li ġejjin: l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 1(2), Artikolu 1(3)(b), punti (e), (m), (p) u (q) tal Artikolu 2(1), Artikolu 2(5), Artikolu 4, Artikolu 5 (1) sa (4), (6) u (7), 6(1), 12(1), il-frażi introduttorja ta’ 13(1), 13(1)(a), 13(1)(i), 15, it-tieni subparagrafu ta’ 16(1), Artikolu 16(3), Artikolu 17(1), Artikolu 17(2) (b), l-ewwel u t-tielet subparagrafi ta’ Artikolu 17(3), Artikolu 17(4) sa 17(7), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 17(9), il-parti introduttorja ta’ Artikolu 18(1), Artikolu 18(1)(b), it-tielet sar-raba’ subparagrafu ta’ Artikolu 18(2), Artikolu 18(3) u (4), Artikoli 19 u 20, Artikolu 21(2) sa (8), u (9), Artikolu 22(1), Artikolu 22(3)(a), Artikolu 22(3)(d), Artikolu 22(3)(e), Artikolu 23(1), (2), (4) u (5), it-tielet subparagrafu ta’ Artikolu 27, Artikolu 29(2), Artikolu 33(2), (4), (5), Artikoli 37 sa 42, Artikolu 43(1) sa (5), Artikoli 44 sa 49 il-frażi introduttorja ta’ Artikolu 50(1) u (3), it-tielet subparagrafu ta’ 51(1), 54(3), 56(1), il-frażi introduttorja tal-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 56(2), Artikolu 58 u 59, Artikolu 60(1) sa (5), Artikolu 61(1) u (2), Artikolu 62(1), (2) u (3), Artikolu 63, Artikolu 64(1), (2) u (3), Artikoli 65, 66 u 67, Artikolu 68(1) frażi ntroduttorja u punt (a), Artikolu 69(1) sa (2), Artikolu 70(2) u 70(3), Artikoli 71, 72, 74, 75(1), (2) u (3), Artikoli 77 sa 82, Artikolu 83(1)(b), it-tieni inċiż ta’ Artikolu 83(2)(a), Artikolu 86, Artikolu 88(1)(b), Artikolu 89(b), Artikolu 90 u Artikoli 91 sa 94, Artikoli 96 sa 100, Artikolu 101 (1) sa (8), it-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 102(2), Artikolu 102(5), Artikolu 107 u 108, Artikolu 109(2), (2) u (4), Artikolu 110, u l-Anness I. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta’ Lulju 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet eżistenti għad-Direttiva 85/611/KEE mħassra b’din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.