+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Il-maniġers ta' fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti għandhom, fir-rigward tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, jinfurmaw lill-investituri tagħhom, qabel id-deċiżjoni tal-investiment ta' dawn tal-aħħar, b'mod ċar u li jinftiehem, dwar dan li ġej:
(a)
l-identità ta’ dak il-maniġer u kwalunkwe fornituri ta’ servizzi oħra kuntrattati minn dak il-maniġer fir-rigward tal-ġestjoni tagħhom tal-fondi ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, u deskrizzjoni tad-dmirijiet tagħhom;
▼M1
(b)
l-ammont ta’ fondi proprji disponibbli għal dak il-maniġer biex iżomm ir-riżorsi umani u tekniċi adegwati meħtieġa għall-ġestjoni xierqa tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;
▼B
(c)
deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tal-investiment tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, inklużi:
(i)
it-tipi tal-impriżi ta' portafoll kwalifikanti li fihom għandu l-ħsieb li jinvesti;
(ii)
kwalunkwe fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti ieħor li fih għandu l-ħsieb li jinvesti;
(iii)
it-tipi ta' impriżi ta' portafoll kwalifikanti li fihom kwalunkwe fond ieħor ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, kif imsemmi fil-punt (ii), għandu l-ħsieb li jinvesti;
(iv)
investimenti mhux kwalifikanti li għandu l-ħsieb li jagħmel;
(v)
it-teknika li għandu l-ħsieb li jħaddem; u
(vi)
kwalunkwe restrizzjoni tal-investiment applikabbli;
(d)
deskrizzjoni tal-profil tar-riskju tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti u kwalunkwe riskji assoċjati mal-assi li fihom jista’ jinvesti l-fond jew it-teknika ta' investiment li tista' tintuża;
(e)
deskrizzjoni tal-proċedura tal-valutazzjoni tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti u l-metodoloġija tal-ipprezzar għall-valutazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi użati għall-valutazzjoni tal-impriżi ta' portafoll kwalifikanti;
(f)
deskrizzjoni ta’ kif hija kkalkulata r-remunerazzjoni tal-maniġer tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti;
(g)
deskrizzjoni tal-ispejjeż rilevanti kollha u l-ammonti massimi tagħhom;
(h)
fejn tkun disponibbli, il-prestazzjoni finanzjarja storika tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti;
(i)
is-servizzi ta’ appoġġ tan-negozji u l-attivitajiet ta’ appoġġ l-oħrajn forniti mill-maniġer ta’ fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jew irranġati permezz ta’ partijiet terzi sabiex jiffaċilita l-iżvilupp, it-tkabbir jew b’xi mod ieħor l-operazzjonijiet kurrenti tal-impriżi ta' portafoll kwalifikanti li fihom il-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jinvesti jew inkella, fejn dawn is-servizzi jew l-attivitajiet ma jkunux ipprovduti, spjegazzjoni dwar dak il-fatt;
(j)
deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom il-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jista’ jibdel l-istrateġija tal-investiment jew il-politika tal-investiment tiegħu, jew it-tnejn.
|
|
Artikolu 13 2.
|
It-tagħrif kollu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jinżamm aġġornat u jiġi revedut b’mod regolari fejn relevanti.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Fejn il-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti jkun meħtieġ jippubblika prospett, f'konformità mad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta jiġu offruti titoli lill-pubbliku jew dawn jiġu ammessi għall-kummerċ (
8
), jew f'konformità mal-liġi nazzjonali fir-rigward tal-fond ta' kapital ta’ riskju kwalifikanti, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tingħata jew separatament jew bħala parti mill-prospectus.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|