+Artikolu 16a
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.

Artikolu 16a

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16a 1.
Bl-għan li torganizza u twettaq reviżjonijiet bejn il-pari f’konformità mal-Artikolu 14(9) u l-Artikolu 14a(10), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew, jekk differenti, l-awtorità kompetenti tal-fond ta’ kapital ta’ riskju kwalifikanti, għandha tiżgura li l-aħħar informazzjoni li abbażi tagħha tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 14(1) u (2) u l-Artikolu 14a(2) issir disponibbli lill-ESMA fi żmien xieraq wara r-reġistrazzjoni. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 22.
Artikolu 16a 2.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika ulterjorment l-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA skont il-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16a 3.
Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fuq forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta’ informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESMA f’konformità mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0345
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.