|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.L-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq intern kollu, inkluż permezz ta’:
(a)
il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi, bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti tas-servizzi u l-prodotti finanzjarji għall-konsumatur fl-Istati Membri;
(aa)
it-twettiq ta’ rieżamijiet tematiċi fil-fond tal-imġiba tas-suq, u l-bini ta’ fehim komuni tal-prattiki tas-swieq sabiex jiġu identifikati problemi potenzjali u jiġi analizzat l-impatt tagħhom;
(ab)
l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju fil-livell tal-konsumaturi għall-identifikazzjoni f’waqtha tal-kawżi potenzjali ta’ detriment għall-konsumaturi u għall-investituri;
(b)
ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu u l-edukazzjoni fil-qasam finanzjarju mill-awtoritajiet kompetenti;
(c)
l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija; u
(d)
il-kontribut għall-iżvilupp ta’ reġoli ta’ żvelar komuni;
(e)
il-kontribut għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern fejn il-konsumaturi u utenti oħra ta’ servizzi finanzjarji jkollhom aċċess ġust għas-servizzi u l-prodotti finanzjarji; u
(f)
il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ xiri bil-moħbi ta’ awtoritajiet kompetenti, jekk dan ikun applikabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|