L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha, Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur bil-għan li tittejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur, jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u jingħataw pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
) biex ikunu evitati d-duplikazzjoni, l-inkonsistenzi u l-inċertezza legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-Awtorità tista’ tistieden ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bħala osservaturi fil-Kumitat.