+Artikolu 9 5.

Artikolu 9 5.

L-Awtorità tista’, b’mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti prodotti, strumenti jew attivitajiet li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dannu finanzjarju sinifikanti lill-klijenti jew lill-konsumaturi, jew ikunu ta’ theddida għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja, kollha jew ta’ parti minnha, fl-Unjoni fil-każijiet speċifikati u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew, jekk ikun meħtieġ, f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza konformement mal-Artikolu 18 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fih.

L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’intervalli adatti u mill-inqas kull sitt xhur. Wara mill-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi dwar it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni.

Stat Membru jista’ jitlob lill-Awtorità biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx dik id-deċiżjoni.

L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attività jew prattika finanzjarja u, fejn ikun hemm tali bżonn, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.