+Artikolu 17 Ksur tal-liġi tal-Unjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 2a.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
|
Artikolu 17 Ksur tal-liġi tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Fejn awtorità kompetenti ma tkunx applikat l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew tkun applikathom b’mod li jidher li jkun ksur tal-liġi tal-Unjoni, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti skont l-Artikoli 10 sa 15, b’mod partikolari billi tonqos milli tiżgura li istituzzjoni finanzjarja tissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dawk l-atti, l-Awtorità għandha taġixxi skont is-setgħat stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti, jew fuq inizjattiva tagħha stess, inkluż meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni ssostanzjata tajjeb minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u wara li tinforma lill-awtorità kompetenti kkonċernata, l-Awtorità għandha tiddeskrivi kif beħsiebha tipproċedi bil-każ u, fejn xieraq, tinvestiga l-ksur jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni.
▼M1
Bla ħsara għas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 35, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha li l-Awtorità tikkunsidra neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, anke fir-rigward ta' kif l-atti msemmija fl-Artikolu 1(2) huma applikati f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.
▼M2
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat stipulati fl-Artikolu 35, l-Awtorità tista’, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti kkonċernata, tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata għall-informazzjoni direttament lil awtoritajiet kompetenti oħrajn, kull meta t-talba għal informazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun irriżultat, jew titqies bħala, mhux suffiċjenti biex tinkiseb l-informazzjoni li titqies bħala neċessarja għall-fini tal-investigazzjoni ta’ ksur allegat jew nuqqas ta’ applikazzjoni allegat tal-liġi tal-Unjoni.
Id-destinatarju ta’ tali talba għandu jipprovdi lill-Awtorità b’informazzjoni ċara, preċiża u kompleta mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 17 2a.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat taħt dan ir-Regolament, u qabel ma tinħareġ rakkomandazzjoni kif stipulat fil-paragrafu 3, l-Awtorità għandha tidħol f’kuntatt mal-awtorità kompetenti kkonċernata, fejn hija tqis tali kuntatt xieraq sabiex tirriżolvi ksur tal-liġi tal-Unjoni, f’tentattiv biex jintlaħaq ftehim dwar azzjonijiet meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-Awtorità tista’, mhux aktar tard minn xahrejn mill-bidu tal-investigazzjoni tagħha, tindirizza rakkomandazzjoni lill-awtorità kompetenti konċernata li tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni.
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità bil-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura l-konformità mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Fejn l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-liġi tal-Unjoni fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ġiet infurmata mill-Awtorità, jew fuq inizjattiva tagħha stess, toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. L-opinjoni formali tal-Kummissjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ testendi dan il-perijodu b’xahar.
L-Awtorità u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-awtorità kompetenti, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma’ dik l-opinjoni formali.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fil-perijodu speċifikat fih, u fejn ikun meħtieġ sabiex tirrimedja f’ħin opportun tali nuqqas ta’ konformità sabiex iżżomm jew treġġa’ lura l-kondizzjonijiet newtrali ta’ kompetizzjoni fis-suq jew tiżgura l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-Awtorità tista’, fejn ir-rekwiżiti rilevanti tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament japplikaw direttament għall-istituzzjonijiet finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil istituzzjoni finanzjarja li tesiġi minnha l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt il-liġi tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta’ kwalunkwe prattika. Id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tkun f’konformità mal-opinjoni formali maħruġa mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Id-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 6 għandhom jipprevalixxu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-istess materja. Meta jieħdu azzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu soġġetti għal opinjoni formali skont il-paragrafu 4 jew għal deċiżjoni skont il-paragrafu 6, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-opinjoni formali jew id-deċiżjoni, skont il-każ.
|
|
Artikolu 17 8.
|
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tistipula liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew d-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|