|
+Artikolu 33 4. |
Artikolu 33 4.Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:
(a)
il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi tas-suq rilevanti u kwalunkwe bidla li tista’ taffettwa d-deċiżjoni ta’ ekwivalenza;
(b)
sa fejn ikun neċessarju għas-segwitu ta’ tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post. L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni, meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|