+Artikolu 35 Ġbir ta’ informazzjoni
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.
---+Artikolu 35 7.
|
Artikolu 35 Ġbir ta’ informazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li jkollhom aċċess legali għall-informazzjoni rilevanti, u li t-talba għall-informazzjoni tkun meħtieġa meta mqabbla man-natura tad-dmir inkwistjoni.
|
|
Artikolu 35 2.
|
L-Awtorità tista’ wkoll titlob li l-informazzjoni tiġi pprovduta f’intervalli rikorrenti u f’formati speċifikati. Dawk it-talbiet għandhom, fejn possibbli, isiru bl-użu ta’ formati komuni ta’ rapportar.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Fuq talba debitament ġustifikata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, l-Awtorità tista’ tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa biex tippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dmirijietha, skont l-obbligi tas-sigriet professjonali stabbilit fil-leġislazzjoni settorjali u fl-Artikolu 70.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Qabel ma titlob informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u sabiex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar, l-Awtorità għandha tqis l-informazzjoni miġbura minn awtoritajiet oħra kif definit fl-Artikolu 35a(12) u kwalunkwe statistika eżistenti rilevanti prodotta u disseminata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tingħatax f’waqtha mill-awtoritajiet kompetenti, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata lill-awtoritajiet superviżorji oħrajn, lill-ministeru responsabbli għall-finanzi fejn dan ikollu informazzjoni prudenzjali għad-dispożizzjoni tiegħu, lill-bank ċentrali nazzjonali jew lill-uffiċċju tal-istatistika tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 35 6.
|
Fejn l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx disponibbli skont il-paragrafu 1 jew 5 f’waqtha, l-Awtorità tista’ tindirizza talba debitament ġustifikata u motivata direttament lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti. It-talba motivata għandha tispjega għaliex hi meħtieġa l-informazzjonia dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali rispettivi.
L-Awtorità għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti bit-talbiet f’konformità ma’ dan il-paragrafu u mal-paragrafu 5.
Fuq it-talba tal-Awtorità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassistu lill-Awtorità fil-ġbir tal-informazzjoni.
|
|
Artikolu 35 7.
|
L-Awtorità tista’ tuża l-informazzjoni kunfidenzjali li tirċievi skont dan l-Artikolu għall-finijiet biss li twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|