+Artikolu 35b Sistema integrata għar-rappurtar
---+Artikolu 35b 1.
---+Artikolu 35b 2.
|
Artikolu 35b Sistema integrata għar-rappurtar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35b 1.
|
Sal-11 ta’ Novembru 2030, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-AMLA, l-SRB, l-awtoritajiet kompetenti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, għandhom iħejju rapport li jippreżenta opzjonijiet biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-ġbir ta’ data superviżorja fl-Unjoni. Filwaqt li jibni fuq il-ħidma settorjali tal-ASE biex jintegraw ir-rappurtar, dak ir-rapport għandu jipprovdi studju tal-fattibbiltà, inkluż valutazzjoni tal-impatti, tal-ispejjeż u tal-benefiċċji, ta’ sistema integrata transsettorjali għar-rappurtar u, abbażi ta’ dak l-istudju ta’ fattibbiltà, jippreżenta pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni. Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri:
(a)
dizzjunarju tad-data komuni, inkluż repożitorju tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, li jiżgura l-konsistenza u ċ-ċarezza tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-istandardizzazzjoni tad-data; u
(b)
spazju tad-data għall-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni.
Filwaqt li tqis is-sejbiet tar-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu u wara valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u meħtieġ, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva biex tiżgura r-riżorsi finanzjarji, umani u tal-IT meħtieġa għall-istabbiliment tas-sistema integrata għar-rappurtar.
|
|
Artikolu 35b 2.
|
L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERS, il-BĊE, l-AMLA, l-SRB u l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jistabbilixxu minnufih punt uniku ta’ kuntatt permanenti għall-entitajiet biex jikkomunikaw rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni duplikati, żejda jew obsoleti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|