+Artikolu 38 2.

Artikolu 38 2.

Fejn Stat Membru jħoss li deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 19(3) taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu, huwa jista’ jinnotifika lill-Awtorità u lill-Kummissjoni sa ġimagħtejn wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-Awtorità lill-awtorità kompetenti li d-deċiżjoni mhijiex ser tiġi implimentata mill-awtorità kompetenti.

Fin-notifika tiegħu, l-Istat Membru għandu jispjega b’mod ċar u speċifiku għaliex u kif id-deċiżjoni taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tiegħu.

Fil-każ ta’ tali notifika, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tiġi sospiża.

Fi żmien xahar min-notifika mill-Istat Membru, l-Awtorità għandha tinforma lill-Istat Membru jekk tkunx sejra żżomm id-deċiżjoni tagħha jew tkunx sejra temendaha jew tirrevokaha. Jekk id-deċiżjoni tinżamm jew tiġi emendata, l-Awtorità għandha tiddikjara li r-responsabbiltajiet fiskali mhumiex affettwati.

Meta l-Awtorità żżomm id-deċiżjoni tagħha, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni, b’maġġoranza tal-voti mitfugħin, f’waħda mil-laqgħat tiegħu mhux aktar tard minn xahrejn wara li l-Awtorità tkun informat lill-Istat Membru kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu, dwar jekk inżammitx id-deċiżjoni tal-Awtorità.

Meta l-Kunsill, wara li jkun ikkunsidra l-kwistjoni, ma jiħux deċiżjoni biex iżomm id-deċiżjoni tal-Awtorità, f’konformità mal-ħames subparagrafu, id-deċiżjoni tal-Awtorità għandha tintemm.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.