+Artikolu 43 Kompiti
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.
---+Artikolu 43 7.
---+Artikolu 43 8.
|
Artikolu 43 Kompiti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jagħti gwida għall-ħidma tal-Awtorità u għandu jkun inkarigat mit-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitlu II. Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, il-linji gwida u d-deċiżjonijiet tal-Awtorità, u joħroġ il-pariri msemmija fil-Kapitolu II abbażi ta’ proposta mill-kumitat intern jew panel rilevanti, il-President, jew mill-Bord Maniġerjali, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, qabel it-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, abbażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, il-programm ta’ ħidma tal-Awtorità għas-sena sussegwenti, u għandu jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill- Kummissjoni.
Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Bord Maniġerjali, ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Awtorità, inkluż dwar il-qadi tal-kompiti tal-President, u għandu jgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sal-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.
|
|
Artikolu 43 6.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jodotta l-programm ta’ ħidma multiannwali tal-Awtorità, u għandu jgħaddih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Il-programm ta’ ħidma multiannwali għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali u għandu jsir pubbliku.
|
|
Artikolu 43 7.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jadotta l-baġit f’konformità mal-Artikolu 63.
|
|
Artikolu 43 8.
|
Il-Bord tas-Superviżuri għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-President u d-Direttur Eżekuttiv. Jista’ jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv mill-kariga skont l-Artikolu 51(5).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1094
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|