+Artikolu 9 Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
|
Artikolu 9 Kompiti relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur u l-attivitijiet finanzjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Awtorità għandu jkollha rwol minn ta’ quddiem fil-promozzjoni tat-trasparenza, tas-sempliċità u tal-ġustizzja fis-suq għall-prodotti jew servizzi finanzjarji fis-suq intern kollu, inkluż permezz ta’:
▼M3
(a)
il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar dwar tendenzi tal-konsumaturi, bħall-iżvilupp tal-ispejjeż u l-imposti ta’ servizzi u prodotti finanzjarji fil-livell tal-konsumaturi fl-Istati Membri;
▼M3
(aa)
it-twettiq ta’ rieżamijiet tematiċi fil-fond tal-imġiba tas-suq, u l-bini ta’ fehim komuni tal-prattiki tas-swieq sabiex jiġu identifikati l-problemi potenzjali u jiġi analizzat l-impatt tagħhom;
(ab)
l-iżvilupp ta’ indikaturi tar-riskju fil-livell tal-konsumaturi għall-identifikazzjoni f’waqtha tal-kawżi potenzjali ta’ detriment għall-konsumaturi u għall-investituri;
▼B
(b)
ir-reviżjoni u l-koordinazzjoni ta’ inizjattivi dwar il-litteriżmu u l-edukazzjoni fil-qasam finanzjarju mill-awtoritajiet kompetenti;
(c)
l-iżvilupp ta’ standards tat-taħriġ għall-industrija; u
(d)
il-kontribut għall-iżvilupp ta’ reġoli ta’ żvelar komuni;
▼M3
(e)
il-kontribuzzjoni għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern fejn il-konsumaturi u utenti oħra ta’ servizzi finanzjarji jkollhom aċċess ġust għas-servizzi u l-prodotti finanzjarji;
(f)
il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet ta’ xiri bil-moħbi ta’ awtoritajiet kompetenti, jekk dan ikun applikabbli.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-Awtorità għandha tissorvelja l-attivitajiet finanzjarji ġodda u eżistenti u tista’ tadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet bil-għan li tippromwovi s-sikurezza u s-saħħa tas-swieq, u l-konverġenza u l-effettività tal-prattiki regolatorji u superviżorji.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-Awtorità tista’ wkoll toħroġ avviżi fil-każ li attività finanzjarja toħloq theddida serja lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1(5).
|
|
Artikolu 9 4.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi, bħala parti integrali minnha, Kumitat dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u l-innovazzjoni finanzjarja, li jiġbor flimkien l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha u l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-konsumatur bil-għan li tittejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur, jinkiseb approċċ ikkoordinat għat-trattament regolatorju u superviżorju ta’ attivitajiet finanzjarji ġodda jew innovattivi, u jingħataw pariri biex l-Awtorità tippreżentahom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tikkoopera mill-qrib mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit permezz tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) biex tevita d-duplikazzjoni, l-inkonsistenzi u l-inċertezza legali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. L-Awtorità tista’ tistieden ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data bħala osservaturi fil-Kumitat.
|
|
Artikolu 9 5.
|
L-Awtorità tista’, b’mod temporanju, tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti tipi ta’ prodotti, strumenti jew attivitajiet finanzjarji li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw dannu finanzjarju sinifikanti għall-klijenti jew konsumaturi, jew li jkunu ta’ theddida għall-funzjonament tajjeb u għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha fl-Unjoni fil-każijiet speċifikati u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), jew, jekk ikun meħtieġ, f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza konformement mal-Artikolu 18 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fih. L-Awtorità għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’intervalli adatti u mill-inqas kull sitt xhur. Wara mill-inqas żewġ tiġdidiet konsekuttivi u abbażi ta’ analiżi xierqa li għandha l-għan li tivvaluta l-impatt fuq il-klijent jew il-konsumatur, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi fuq it-tiġdid annwali tal-projbizzjoni. Stat Membru jista’ jitlob lill-Awtorità biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. F’dak il-każ, l-Awtorità għandha tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), jekk iżżommx tali deċiżjoni. L-Awtorità tista’ wkoll tivvaluta l-ħtieġa li tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti tipi ta’ attività jew prattika finanzjarja u, fejn ikun hemm tali bżonn, tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiffaċilita l-adozzjoni ta’ kwalunkwe tali projbizzjoni jew restrizzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|