+Artikolu 16a Opinjonijiet
---+Artikolu 16a 1.
---+Artikolu 16a 2.
---+Artikolu 16a 3.
---+Artikolu 16a 4.

Artikolu 16a Opinjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16a 1.
L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tipprovdi opinjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar kull kwistjoni marbuta mal-qasam ta’ kompetenza tagħha.

Fl-opinjonijiet tagħha, l-Awtorità tista’, fejn xieraq, tindirizza l-funzjonament tal-atti leġiżlattivi fis-seħħ, inkluż l-adegwatezza tat-tneħħija ta’ kwalunkwe rekwiżit ta’ rappurtar u divulgazzjoni żejjed jew obsolet fil-liġi tal-Unjoni jew f’miżuri tal-liġi nazzjonali li jittrasponu l-liġi tal-Unjoni.

Sabiex tipprovdi opinjonijiet dwar atti leġiżlattivi fis-seħħ, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-Awtorità tista’ tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha speċifikament dwar dik il-kwistjoni u tqis il-kontribut tagħhom. Il-Kummissjoni tista’, wara li tqis dawk l-opinjonijiet, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 16a 2.
It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi konsultazzjoni pubblika jew analiżi teknika.
Artikolu 16a 3.
Fir-rigward tal-valutazzjoni prudenzjali ta’ mergers u akkwiżizzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE u li skont dik id-Direttiva jirrikjedu konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti minn żewġ Stati Membri jew aktar, l-Awtorità tista’, fuq talba ta’ waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, toħroġ u tippubblika opinjoni dwar valutazzjoni prudenzjali, ħlief fir-rigward tal-kriterji stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. L-opinjoni għandha tinħareġ fil-ħin u, fi kwalunkwe każ, qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ valutazzjoni skont id-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 16a 4.
L-Awtorità tista’, fuq talba mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, tagħti parir tekniku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.