+Artikolu 16b Mistoqsijiet u tweġibiet
---+Artikolu 16b 1.
---+Artikolu 16b 2.
---+Artikolu 16b 3.
---+Artikolu 16b 4.
---+Artikolu 16b 5.
|
Artikolu 16b Mistoqsijiet u tweġibiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16b 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-mistoqsijiet relatati mal-applikazzjoni prattika jew mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), atti assoċjati delegati u ta’ implimentazzjoni, u linji gwida u rakkomandazzjonijiet adottati skont dawk l-atti leġiżlattivi, jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, lill-Awtorità bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Qabel ma jippreżentaw mistoqsija lill-Awtorità, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx jindirizzaw il-mistoqsija fl-ewwel lok lill-awtorità kompetenti tagħhom. Qabel ma tippubblika tweġibiet għal mistoqsijiet ammissibbli, l-Awtorità tista’ tfittex kjarifika ulterjuri dwar mistoqsijiet mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika msemmija f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 16b 2.
|
It-tweġibiet mill-Awtorità għall-mistoqsijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu vinkolanti. It-tweġibiet għandhom isiru disponibbli mill-inqas bil-lingwa li fiha l-mistoqsija tkun saret.
|
|
Artikolu 16b 3.
|
L-Awtorità għandha tistabbilixxi u żżomm għodda bbażata fuq il-web disponibbli fis-sit web tagħha għas-sottomissjoni ta’ mistoqsijiet u l-pubblikazzjoni f’waqtha tal-mistoqsijiet kollha riċevuti kif ukoll it-tweġibiet kollha għall-mistoqsijiet kollha ammissibbli skont il-paragrafu 1, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interess leġittimu ta’ dawk il-persuni jew ma tkunx tinvolvi riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. L-Awtorità tista’ tirrifjuta mistoqsijiet li mhijiex beħsiebha twieġeb. Il-mistoqsijiet rifjutati għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità fis-sit web tagħha għal perjodu ta’ xahrejn.
|
|
Artikolu 16b 4.
|
Tliet membri votanti tal-Bord tas-Superviżuri jistgħu jitolbu lill-Bord tas-Superviżuri biex jiddeċiedi skont l-Artikolu 44 jekk għandhiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-mistoqsija ammissibbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’linji gwida skont l-Artikolu 16, jiġix mitlub parir mill-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37, jiġux rieżaminati mistoqsijiet u tweġibiet f’intervalli adegwati, isirux konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa jew jiġux analizzati spejjeż u benefiċċji relatati potenzjali. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-abbozz ta’ mistoqsijiet u tweġibiet ikkonċernati jew fir-rigward tal-urġenza partikolari tal-kwistjoni. Meta jiġi involut il-Grupp tal-Partijiet Interessati rilevanti msemmi fl-Artikolu 37, għandu japplika dmir ta’ kunfidenzjalità.
|
|
Artikolu 16b 5.
|
L-Awtorità għandha tressaq mistoqsijiet li jirrikjedu l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lill-Kummissjoni. L-Awtorità għandha tippubblika kwalunkwe tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|