+Artikolu 18 Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.

Artikolu 18 Azzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.

Fil-każ ta’ żviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni, l-Awtorità għandha tiffaċilita b’mod attiv u, fejn tqis meħtieġ, tikkoordina kwalunkwe azzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali superviżorji kompetenti rilevanti.

Bil-għan li tkun tista’ twettaq dak ir-rwol ta’ faċilitar u koordinament, l-Awtorità għandha tkun infurmata bis-sħiħ bi kwalunkwe żvilupp rilevanti, u għandha tkun mistiedna tipparteċipa bħala osservatriċi fi kwalunkwe laqgħa rilevanti mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti nazzjonali rilevanti.

Artikolu 18 2.

Il-Kunsill, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-BERS u, fejn adatt, l-ASE, jista’ jadotta deċiżjoni indirizzata lill-Awtorità, li tiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, wara talba mill-Awtorità, il-Kummissjoni jew il-BERS. Il-Kunsill għandu jirrevedi dik id-deċiżjoni f’intervalli adatti u mill-inqas darba fix-xahar. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix imġedda fil-tmiem tal-perijodu ta’ xahar, hija għandha tiskadi awtomatikament. Il-Kunsill jista’ jiddikjara l-waqfien tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza fi kwalunkwe ħin.

Meta l-BERS iqis jew l-Awtorità tqis li tista’ tqum sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu joħroġ jew hija għandha toħorġ rakkomandazzjoni kunfidenzjali indirizzata lill-Kunsill u jirrpovdih/tipprovdih b’valutazzjoni tas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-Kunsill għandu jivvaluta l-ħtieġa għal laqgħa. F’dak il-proċess, għandha tiġi garantita l-attenzjoni debita għall-kunfidenzjalità.

Jekk il-Kunsill jiddetermina l-eżistenza ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, huwa għandu jinforma b’dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

Artikolu 18 3.
Fejn il-Kunsill ikun adotta deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u f’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn tkun meħtieġa azzjoni kkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti bħala reazzjoni għall-iżviluppi negattivi li jistgħu jipperikolaw b’mod serju l-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni jew il-protezzjoni tal-klijenti u tal-investituri, l-Awtorità tista’ tadotta deċiżjonijiet individwali sabiex titlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa skont l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex jindirizzaw kwalunkwe tali żvilupp billi jiżguraw li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dawk l-atti leġislattivi.
Artikolu 18 4.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, fejn awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-Awtorità msemmija fil-paragrafu 3 fil-perijodu stipulat f’dik id-deċiżjoni, l-Awtorità tista’, meta r-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) inkluż fi istandards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skont dawk l-atti japplikaw direttament għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lil parteċipant fis-swieq finanzjarji li titolbu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dik il-leġislazzjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika. Dan għandu japplika biss f’sitwazzjonijiet li fihom awtorità kompetenti ma tapplikax l-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), inkluż standards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dawk l-atti, jew tapplikahom b’mod li jidher li hu ksur manifest ta’ dawk l-atti, u meta r-rimedjar urġenti huwa meħtieġ sabiex jitreġġgħu lura t-tħaddim tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni.
Artikolu 18 5.

Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni.

Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma’ dawk id-deċiżjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.