+Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-riskji sistemiċi
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
|
Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali dwar ir-riskji sistemiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Awtorità għandha tikkunsidra b’mod debitu r-riskju sistemiku kif definit mir-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Hija għandha tindirizza kwalunkwe riskju ta’ tħarbit fis-servizzi finanzjarji li:
(a)
ikun ikkawżat minn dgħufija tas-sistema finanzjarja kollha jew ta’ partijiet minnha; u
(b)
li jkollu l-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u għall-ekonomija reali.
L-Awtorità għandha tikkunsidra, fejn adatt, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ riskju sistemiku kif żviluppati mill-BERS u l-Awtorità u tirrispondi għal twissijiet u rakkomandazzjonijiet mill-BERS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Awtorità għandha, f’kollaborazzjoni mal-BERS, u f’konformità mal-Artikolu 23 tiżviluppa approċċ komuni għall-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, inklużi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi kif inhu xieraq.
Dawn l-indikaturi għandhom ikunu element kritiku fid-determinazzjoni ta’ azzjonijiet supervizorji xierqa. L-Awtorità għandha tagħmel monitoraġġ tal-livell ta’ konverġenza fid-determinazzjonijiet li jsiru, bil-ħsieb li tippromwovi approċċ komuni.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-atti msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Awtorità għandha tfassal, kif mehtieġ, linji gwida u rakkomandazzjonijiet addizzjonali għall-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji, biex jittieħed kont tar-riskju sistemiku ppreżentat minnhom.
L-Awtorità għandha tiżgura li r-riskju sistemiku ppreżentat mill-parteċipanti ewlenin fis-swieq finanzjarji jiġi kkunsidrat fl-iżvilupp tal-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni fl-oqsma stabbiliti fl-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
|
|
Artikolu 22 4.
|
Fuq talba minn awtorità kompetenti waħda jew aktar, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, jew il-Kummissjoni, jew bl-inizjattiva tagħha stess, l-Awtorità tista’ twettaq inkjesta dwar tip partikolari ta’ attività finanzjarja jew tip ta’ prodott jew tip ta’ kondotta sabiex tevalwa theddid potenzjali għall-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew għall-protezzjoni tal-klijenti jew tal-investituri. Wara inkjesta mwettqa skont l-ewwel subparagrafu, il-Bord tas-Superviżuri jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal azzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. Għal dawk il-finijiet, l-Awtorità tista’ tuża s-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament, inkluż l-Artikolu 35.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura koordinazzjoni ġenerali u transsettorjali tal-attivitajiet imwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|