+Artikolu 29 2.
|
Artikolu 29 2.
L-Awtorità tista’, kif ikun xieraq, tiżviluppa strumenti prattiċi ġodda u għodod ta’ konverġenza biex tippromwovi approċċi u prattiki superviżorji komuni. Għall-fini tal-istabbiliment ta’ kultura superviżorja komuni, l-Awtorità għandha tiżviluppa u żżomm manwal superviżorju aġġornat tal-Unjoni dwar is-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni, li jqis kif xieraq in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji, il-prattiki ta’ negozju, il-mudelli ta’ negozju u d-daqs tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq finanzjarji, inklużi bidliet minħabba l-innovazzjoni teknoloġika, tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u tas-swieq finanzjarji. Il-manwal superviżorju tal-Unjoni għandu jistabbilixxi l-aħjar prattiki u għandu jispeċifika metodoloġiji u proċessi ta’ kwalità għolja. L-Awtorità, fejn xieraq, għandha tagħmel konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-opinjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, u l-għodod u l-istrumenti msemmija f’dan il-paragrafu. Hija għandha wkoll, fejn xieraq, tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati. Tali konsultazzjonijiet u analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati fir-rigward tal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-għodod u tal-istrumenti. L-Awtorità, fejn xieraq, għandha titlob ukoll pariri mill-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|