+Artikolu 30 Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.

Artikolu 30 Reviżjonijiet bejn il-pari tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
L-Awtorità għandha, perjodikament, twettaq reviżjonijiet bejn il-pari ta’ wħud mill-attivitajiet jew tal-attivitajiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti, sabiex tkompli ssaħħaħ il-konsistenza u l-effettività fl-eżiti superviżorji. Għal dak l-għan, l-Awtorità għandha tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet kompetenti riveduti. Waqt l-ippjanar u t-twettiq tar-reviżjonijiet bejn il-pari, għandhom jiġu kkunsidrati l-informazzjoni eżistenti u l-evalwazzjonijiet diġà magħmula fir-rigward tal-awtorità kompetenti kkonċernata, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti pprovduta lill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 35 u kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn partijiet interessati.
Artikolu 30 2.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tistabbilixxi kumitati ta’ reviżjoni ad hoc bejn il-pari, li għandhom ikunu magħmula minn membri tal-persunal tal-Awtorità u minn membri tal-awtoritajiet kompetenti. Il-kumitati tar-reviżjoni bejn il-pari għandhom ikunu ppreseduti minn membru tal-persunal mill-Awtorità. Il-President, wara li jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali u wara sejħa miftuħa għall-parteċipazzjoni, għandu jipproponi l-president u l-membri ta’ kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, li għandhom jiġu approvati mill-Bord tas-Superviżuri. Il-proposta għandha titqies li ġiet approvata sakemm, fi żmien 10 jiem minn meta l-President ipproponiha, il-Bord tas-Superviżuri ma jadottax deċiżjoni li tiċħadha.
Artikolu 30 3.

Ir-reviżjoni bejn il-pari għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal:

(a) 

l-adegwatezza tar-riżorsi, il-grad ta’ indipendenza u l-arranġamenti ta’ governanza tal-awtorità kompetenti, b’attenzjoni partikolari għall-applikazzjoni effettiva tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u għall-kapaċità li tirrispondi għall-iżviluppi tas-suq;

(b) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuq fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u fil-prattika superviżorja, inklużi l-istandards tekniċi regolatorji u l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont l-Artikoli 10 sa 16, u kemm il-prattika superviżorja tilħaq l-għanijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni;

(c) 

l-applikazzjoni tal-aħjar prattiki żviluppati minn awtoritajiet kompetenti li l-adozzjoni tagħhom tista’ tkun ta’ benefiċċju għal awtoritajiet kompetenti oħra;

(d) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza milħuq fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inklużi s-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn imposti kontra persuni responsabbli fejn ma kienx hemm konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet;

▼M8

(e) 

l-effettività u l-grad ta’ konverġenza tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni adottati fl-applikazzjoni jew fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-oqfsa legali finanzjarji nazzjonali.

▼M3

Artikolu 30 4.
L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jistabbilixxi r-riżultati tar-reviżjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari għandu jkun imħejji mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ reviżjoni bejn il-pari u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi. Il-Bord Maniġerjali għandu jivvaluta b’mod partikolari jekk il-metodoloġija ġietx applikata bl-istess mod. Ir-rapport għandu jispjega u jindika l-miżuri ta’ segwitu li huma meqjusa xierqa, proporzjonati u meħtieġa bħala riżultat tar-reviżjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 u opinjonijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1).

F’konformità mal-Artikolu 16(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa.

Meta tkun qed tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji jew abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 10 sa 15, jew linji gwida jew rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tqis l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji tal-ogħla kwalità.

Artikolu 30 5.
L-Awtorità għandha tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni fejn, wara li tkun qieset l-eżitu tar-reviżjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li tkun meħtieġa l-armonizzazzjoni ulterjuri tar-regoli applikabbli tal-Unjoni għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew għall-awtoritajiet kompetenti mill-perspettiva tal-Unjoni.
Artikolu 30 6.
L-Awtorità għandha tagħmel rapport ta’ segwitu wara sentejn mill-pubblikazzjoni tar-rapport tar-reviżjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari u jiġi adottat mill-Bord tas-Superviżuri f’konformità mal-Artikolu 44(4). Meta jabbozza dak ir-rapport, il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari għandu jikkonsulta lill-Bord Maniġerjali sabiex iżomm il-konsistenza ma’ rapporti oħra ta’ segwitu. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma jkunx limitat għal, l-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti li huma soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ reviżjoni bejn il-pari.
Artikolu 30 7.
Il-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti soġġetti għar-reviżjoni bejn il-pari, għandu jidentifika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblika l-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tar-reviżjoni bejn il-pari u tar-rapport ta’ segwitu msemmi fil-paragrafu 6. Fejn il-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jkunu differenti minn dawk identifikati mill-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari, l-Awtorità għandha tittrażmetti, fuq bażi kunfidenzjali, il-konstatazzjonijiet tal-kumitat ta’ reviżjoni bejn il-pari lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Fejn awtorità kompetenti li tkun soġġetta għar-reviżjoni tkun imħassba li l-pubblikazzjoni tal-konstatazzjonijiet ewlenin motivati tal-Awtorità jistgħu jwasslu għal riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, hija għandu jkollha l-possibbiltà li tirreferi l-kwistjoni lill-Bord tas-Superviżuri. Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax dawk l-estratti.
Artikolu 30 8.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Maniġerjali għandu jagħmel proposta għal pjan ta’ ħidma għar-reviżjonijiet bejn il-pari għas-sentejn li ġejjin, li għandu jirrifletti, fost oħrajn, it-tagħlimiet meħuda mill-proċessi passati ta’ reviżjoni bejn il-pari u d-diskussjonijiet tal-grupp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 45b. Il-pjan ta’ ħidma għar-reviżjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata tal-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali. Għandu jsir pubbliku. F’każ ta’ urġenza jew avvenimenti mhux previsti, l-Awtorità tista’ tiddeċiedi li twettaq reviżjonijiet addizzjonali bejn il-pari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.