+Artikolu 32 Valutazzjoni ta’ żviluppi tas-suq, inklużi t-testijiet tal-istress
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
|
Artikolu 32 Valutazzjoni ta’ żviluppi tas-suq, inklużi t-testijiet tal-istress
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
L-Awtorità għandha timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fis-suq fil-qasam tal-kompetenza tagħha u, fejn ikun meħtieġ, tinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), lill-BERS u lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar ix-xejriet mikroprudenzjali rilevanti, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet. L-Awtorità għandha tinkludi fil-valutazzjonijiet tagħha analiżi tas-swieq li fihom joperaw il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u valutazzjoni tal-impatt ta’ żviluppi potenzjali tas-suq fuq tali parteċipanti fis-swieq finanzjarji.
|
|
Artikolu 32 2.
|
L-Awtorità għandha tagħti bidu għal, u tikkoordina, valutazzjonijiet madwar l-Unjoni kollha tar-reżiljenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għal żviluppi negattivi tas-suq. Għal dak l-għan, hija għandha tiżviluppa:
(a)
metodoloġiji komuni biex jiġi vvalutat l-effett ta’ xenarji ekonomiċi fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji, filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, riskji li jirriżultaw minn żviluppi ambjentali avversi;
▼M3
(aa)
metodoloġiji komuni għall-identifikazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet mal-Unjoni kollha;
▼B
(b)
approċċi komuni għall-komunikazzjoni dwar l-eżiti ta’ dawn il-valutazzjonijiet tar-rezistenza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji;
(c)
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett ta’ prodotti partikolari jew tal-proċessi ta’ distribuzzjoni fuq il-pożizzjoni finanzjarja ta’ parteċipant fis-swieq finanzjarji u fuq l-informazzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi;
▼M3
(d)
metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni tal-effett tar-riskji ambjentali fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Awtorità għandha tikkoopera mal-BERS.
|
|
Artikolu 32 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-BERS stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-Awtorità għandha, darba fis-sena, u aktar ta’ spiss fejn ikun meħtieġ, tipprovdi valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-BERS dwar ix-xejriet, ir-riskji potenzjali u l-vulnerabbiltajiet fil-qasam tal-kompetenza tagħha, flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament.
▼B
L-Awtorità għandha tinkludi klassifikazzjoni tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet prinċipali f’dawn il-valutazzjonijiet u, fejn ikun meħtieġ, tirrakkomanda azzjonijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju.
|
|
Artikolu 32 4.
|
L-Awtorità għandha tiżgura kopertura adegwata tal-iżviluppi, ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet transsettorjali billi tikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorita Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) permezz tal-Kumitat Konġunt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|