+Artikolu 33 Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.

Artikolu 33 Relazzjonijiet internazzjonali inkluża l-ekwivalenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Awtorità tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet regolatorji u superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti m’għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas m’għandhom jipprevjenu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk il-pajjiżi terzi.

Fejn pajjiż terz, skont att delegat, li jkun fis-seħħ, adottat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849, ikun fuq il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fir-reġimi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li joħolqu theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni, l-Awtorità ma għandhiex tikkonkludi arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz. Dan m’għandux jipprekludi forom oħra ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtorità u l-awtoritajiet rispettivi tal-pajjiż terz bil-ħsieb li jitnaqqas it-theddid għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni.

Artikolu 33 2.
L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li jirrigwardaw reġimi superviżorji u regolatorji f’pajjiżi terzi wara talba speċifika għal pariri mill-Kummissjoni jew meta tkun meħtieġa tagħmel dan mill-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 33 3.
L-Awtorità għandha timmonitorja, b’enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħhom għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri u l-funzjonament tas-suq intern, żviluppi rilevanti regolatorji u superviżorji u prattiki ta’ infurzar u żviluppi tas-suq f’pajjiżi terzi, sa fejn ikunu rilevanti għal valutazzjonijiet tal-ekwivalenza abbażi tar-riskju, li għalihom ġew adottati deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza mill-Kummissjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2).

Barra minn hekk, hija għandha tivverifika jekk il-kriterji, li abbażi tagħhom ittieħdu dawk id-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u kwalunkwe kondizzjoni stabbilita fihom, għadhomx issodisfati.

L-Awtorità tista’ tikkomunika mal-awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi terzi. L-Awtorità għandha tissottometti rapport kunfidenzjali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) li jiġbor fil-qosor il-konstatazzjonijiet mill- monitoraġġ tal-pajjiżi terzi ekwivalenti kollha. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà finanzjarja, l-integrità tas-suq, il-protezzjoni tal-investituri jew il-funzjonament tas-suq intern.

Fejn l-Awtorità tidentifika żviluppi rilevanti fir-rigward tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni jew tal-prattiki ta’ infurzar fil-pajjiżi terzi msemmija f’dan il-paragrafu li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru tagħha jew aktar, l-integrità tas-suq jew il-protezzjoni ta’ investituri jew il-funzjonament tas-suq intern, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fuq bażi kunfidenzjali u mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 33 4.

Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fl-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Awtorità għandha tikkoopera, fejn possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, ta’ pajjiżi terzi li r-reġimi regolatorji u superviżorji tagħhom kienu rikonoxxuti bħala ekwivalenti. Fil-prinċipju, dik il-kooperazzjoni għandha sseħħ abbażi ta’ arranġamenti amministrattivi konklużi mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi. Meta tinnegozja tali arranġamenti amministrattivi, l-Awtorità għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar dawn li ġejjin:

(a) 

il-mekkaniżmi li jippermettu lill-Awtorità tikseb informazzjoni rilevanti, inkluża informazzjoni dwar ir-reġim regolatorju, l-approċċ superviżorju, l-iżviluppi tas-suq rilevanti u kwalunkwe bidla li tista’ taffettwa d-deċiżjoni ta’ ekwivalenza;

(b) 

sa fejn ikun neċessarju għas-segwitu ta’ tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza, il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi, fejn meħtieġa, spezzjonijiet fuq il-post.

L-Awtorità għandha tinforma lill-Kummissjoni fejn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tirrifjuta li tikkonkludi tali arranġamenti amministrattivi jew meta tirrifjuta li tikkoopera b’mod effettiv.

Artikolu 33 5.
L-Awtorità tista’ tiżviluppa arranġamenti amministrattivi li jservu bħala mudell, bil-għan li tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni u li ssaħħaħ il-koordinazzjoni superviżorja internazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz biex isegwu tali mudelli ta’ arranġamenti.

Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5), l-Awtorità għandha tinkludi informazzjoni dwar l-arranġamenti amministrattivi maqbula ma’ awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali jew amministrazzjonijiet f’pajjiżi terzi, l-assistenza pprovduta mill-Awtorità lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u fil-monitoraġġ mill-Awtorità f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 33 6.
L-Awtorità, fil-limiti tas-setgħat tagħha f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 1(2), għandha tikkontribwixxi għar-rappreżentanza unita, komuni, konsistenti u effettiva tal-interessi tal-Unjoni fil-fora internazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.