►M6
Il-Bord tas-Superviżuri jista’ jiddeċiedi li jammetti osservaturi. B’mod partikolari, il-Bord tas-Superviżuri għandu jammetti rappreżentant tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
) meta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu jiġu diskussi jew deċiżi. ◄
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tas-Superviżuri mingħajr id-dritt li jivvota.