+Artikolu 45b Gruppi ta’ Koordinazzjoni
---+Artikolu 45b 1.
---+Artikolu 45b 2.
---+Artikolu 45b 3.
---+Artikolu 45b 4.

Artikolu 45b Gruppi ta’ Koordinazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 45b 1.
Il-Bord Maniġerjali jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ awtorità kompetenti dwar suġġetti definiti li għalihom jista’ jkun hemm bżonn ta’ koordinazzjoni fir-rigward ta’ żviluppi speċifiċi tas-suq. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni dwar suġġetti definiti fuq talba ta’ ħames membri tal-Bord tas-Superviżuri.
Artikolu 45b 2.
L-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ koordinazzjoni u għandhom jipprovdu, skont l-Artikolu 35, lill-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa sabiex il-gruppi ta’ koordinazzjoni jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti ta’ koordinazzjoni tagħhom skont il-mandat tagħhom. Il-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti u fuq kwalunkwe konstatazzjoni identifikata mill-Awtorità.
Artikolu 45b 3.
Il-gruppi għandhom ikunu preseduti minn membru tal-Bord Maniġerjali. Kull sena l-membru rispettiv tal-Bord Maniġerjali inkarigat mill-grupp ta’ koordinazzjoni għandu jirrapporta lill-Bord tas-Superviżuri fuq l-elementi ewlenin tad-diskussjonijiet u l-konstatazzjonijiet u, fejn rilevanti, jagħmel suġġeriment għal segwitu regolatorju jew reviżjoni bejn il-pari fil-qasam rispettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità dwar kif qiesu l-ħidma tal-gruppi ta’ koordinazzjoni fl-attivitajiet tagħhom.
Artikolu 45b 4.
Meta timmonitorja l-iżviluppi tas-suq li jistgħu jkunu l-fokus tal-gruppi ta’ koordinazzjoni, l-Awtorità tista’ titlob lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 35 biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex l-Awtorità tkun tista’ twettaq ir-rwol tagħha ta’ monitoraġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.