+Artikolu 64 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
---+Artikolu 64 1.
---+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 64 3.
---+Artikolu 64 4.
---+Artikolu 64 5.
---+Artikolu 64 6.
---+Artikolu 64 7.
---+Artikolu 64 8.
---+Artikolu 64 9.
---+Artikolu 64 10.
---+Artikolu 64 11.

Artikolu 64 Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 64 1.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti u għandu jimplimenta l-baġit annwali tal-Awtorità.
Artikolu 64 2.
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-Artikolu 70 m’għandux jipprekludi lill-Awtorità milli tipprovdi lill-Qorti tal-Awdituri kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-Qorti tal-Awdituri li tkun fil-kompetenza tagħha.
Artikolu 64 3.
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, l-informazzjoni kontabilistika meħtieġa għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, bil-mod u fil-format stabbiliti minn dak l-uffiċjal tal-kontabilità.
Artikolu 64 4.
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-membri tal-Bord tas-Superviżuri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.
Artikolu 64 5.
Wara li jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Awtorità. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord tas-Superviżuri, li għandu jagħti opinjoni dwar dawk il-kontijiet.
Artikolu 64 6.
L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat, sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, il-kontijiet finali, akkumpanjati mill-opinjoni tal-Bord tas-Superviżuri, lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Awtorità għandu jibgħat ukoll, sal-15 ta’ Ġunju kull sena, pakkett ta’ rapporti lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, f’format standardizzat kif stabbilit mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni.

Artikolu 64 7.
Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.
Artikolu 64 8.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat tweġiba lill-Qorti tal-Awdituri għall-osservazzjonijiet ta’ din tal-aħħar sat-30 ta’ Settembru u għandu jibgħat ukoll kopja ta’ dik it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali u lill-Kummissjoni.
Artikolu 64 9.
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar u hekk kif previst fl-Artikolu 261(3) tar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe informazzjoni li tkun meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata.
Artikolu 64 10.
Il-Parlament Ewropew, wara rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja N.
Artikolu 64 11.
L-Awtorità għandha tipprovdi opinjoni motivata dwar il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u dwar kwalunkwe osservazzjoni oħra magħmula mill-Parlament Ewropew mogħtija fil-proċedura ta’ kwittanza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.