+Artikolu 70 Obbligu tas-segretezza professjonali
---+Artikolu 70 1.
---+Artikolu 70 2.
---+Artikolu 70 2a.
---+Artikolu 70 3.
---+Artikolu 70 4.
|
Artikolu 70 Obbligu tas-segretezza professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 70 1.
|
Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri, u l-membri kollha tal-persunal tal-Awtorità, inklużi uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri fuq bażi temporanja, u l-persuni l-oħrajn kollha li jwettqu kompiti għall-Awtorità fuq bażi kuntrattwali, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li jkunu ntemmu dmirijiethom.
|
|
Artikolu 70 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand persuni msemmija fil-paragrafu 1 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, ma tistax tiġi żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra tkun xi tkun, għajr f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
▼M3
L-obbligu taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandux iżomm lill-Awtorità u lill-awtoritajiet kompetenti milli jużaw l-informazzjoni għall-infurzar tal-atti leġislattivi msemmija fl-Artikolu 1(2) u, b’mod partikolari, għall-proċeduri legali għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 70 2a.
|
Il-Bord Maniġerjali, u l-Bord tas-Superviżuri għandhom jiżguraw li l-individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, fir-rigward tal-kompiti tal-Awtorità, inklużi uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-Bord Maniġerjali u mill-Bord tas-Superviżuri jew maħtura mill-awtoritajiet kompetenti għal dak l-iskop, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali ekwivalenti għal dawk fil-paragrafi 1 u 2. L-istess rekwiżiti għas-segretezza professjonali għandhom japplikaw ukoll għall-osservaturi li jattendu l-laqgħat tal-Bord Maniġerjali, u tal-Bord tas-Superviżuri u li jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Awtorità.
|
|
Artikolu 70 3.
|
Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu lill-Awtorità milli tiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti u ma’ awtoritajiet oħra kif definit fl-Artikolu 35a(12) f’konformità ma’ dan ir-Regolament u ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Dik l-informazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet tas-segretezza professjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Awtorità għandha tistabbilixxi fir-regoli proċedurali interni tagħha l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 70 4.
|
L-Awtorità għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (
24
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1095
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|