+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
---+Artikolu 1 6

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jikkonferixxi lill-BĊE kompiti speċifiċi fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, bil-għan li jikkontribwixxu għas-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u kull Stat Membru, b’rigward sħiħ u bid-dover ta’ attenzjoni għall-unità u l-integrità tas-suq intern abbażi ta’ trattament ugwali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bil-għan li jkun impedut arbitraġġ regolatorju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 2

L-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlamanet Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (12) huma esklużi mill-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. L-ambitu tal-kompiti superviżorji tal-BĊE huwa limitat għas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu skont dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament ma għandu jikkonferixxi xi kompiti superviżorji oħra fuq il-BĊE, bħal kompiti relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ kontropartijiet ċentrali.

Artikolu 1 3

Fit-twettieq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-objettiv li jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-BĊE għandu jqis bis-sħiħ it-tipi differenti, mudelli ta’ negozju u daqsijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Artikolu 1 4

L-ebda azzjoni, proposta jew politika tal-BĊE ma għandha tiddiskrimina, direttament jew indirettament, kontra kwalunkwe Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri bħala post għall-forniment ta’ servizzi bankarji jew finanzjarji fi kwalunkwe munita.

Artikolu 1 5

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu kompiti superviżorji li mhumiex ikkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament.

Artikolu 1 6

Dan ir-Regolament huwa wkoll mingħajr preġudizzju għar-responsabbilitajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti jew nominati tal-Istati Membri parteċipanti biex japplikaw strumenti makroprudenzjali li mhumiex previsti fl-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.