+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro u li jkun stabbilixxa kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7;

Artikolu 2 (2)

“awtorità nazzjonali kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali kompetenti maħtura minn Stat Membru parteċipanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (13) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Artikolu 2 (3)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Artikolu 2 (4)

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser kumpanija holding finanzjarja kif iddefinit fil-punt 20 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Artikolu 2 (5)

“kumpanija holding finanzjarja mħallta” tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif iddefinit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti tal-investiment f’konglomerat finanzjarju (14);

Artikolu 2 (6)

“konglomerat finanzjarju” tfisser konglomerat finanzjarju kif iddefinit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE;

Artikolu 2 (7)

“awtorità nazzjonali nominata” tfisser awtorità nominata ta’ Stat Membru parteċipanti, fit-tifsira tal-liġi rilevanti tal-Unjoni;

Artikolu 2 (8)

“holding kwalifikanti” tfisser holding kwalifikanti kif iddefinit fil-punt 36 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

Artikolu 2 (9)

“Mekkaniżmu superviżorju uniku” (MSU) tfisser is-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja komposta mill-BĊE u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti kif deskritt fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.