1. Sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u soġġett għal kundizzjonijiet oħrajn li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji ta’ kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 10(1) stabbilita jew lokalizzata fi Stat Membru parteċipanti.
Għal dak il-għan, il-BĊE għandu jkollu d-dritt li:
|
(a)
|
jesiġi s-sottomissjoni ta’ dokumenti;
|
|
(b)
|
jeżamina l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) u jagħmel kopji jew jieħu estrazzjonijiet mit-tali kotba u reġistri;
|
|
(c)
|
jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 10(1) jew ir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;
|
|
(d)
|
jintervista kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
|