2. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta’ deċiżjoni tal-BĊE.
Meta persuna tostakola l-isvolġiment ta’ investigazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti fejn tkun tinsab is-sede rilevanti għandha tipprovdi, f’konformità mad-dritt nazzjonali, l-assistenza meħtieġa inkluż, fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13, billi tiffaċilita l- aċċess mill-BĊE għas-sede kummerċjali tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 10(1), sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet imsemmija qabel.