1. Sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u soġġett għall-kundizzjonijiet l-oħħrajn li jinsabu fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-BĊE jista’, skont l-Artikolu 13 u soġġett għal notifika minn qabel lill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata, iwettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha neċessarji fis-sede kummerċjali tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 10(1) u kwalunkwe intrapriża oħra inkluża fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata fejn il-BĊE huwa s-superviżur konsolidanti skont il-punt (g) tal-Artikolu 4(1). Meta t-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jeħtieġu hekk, il-BĊE jista’ jwettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel lil dawk il-persuni ġuridiċi.