5. Meta l-uffiċjali tal-BĊE u persuni oħra awtorizzati jew nominata mill-BĊE li jakkumpanjawhom jaraw li persuna topponi għal spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza neċessarja skont id-dritt nazzjonali. Sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni, din l-assistenza għandha tinkludi s-siġillar ta’ kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew reġistri. Meta s-setgħa ma tkunx disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata, hija għandha tuża s-setgħat tagħha biex titlob l-assistenza neċessarja ta’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn.