+Artikolu 16 Setgħat superviżorji
---+Artikolu 16 1
---+Artikolu 16 2
|
Artikolu 16 Setgħat superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1
|
1. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu msemmija fl-Artikolu 4(1) u mingħajr preġudizzju għal setgħat oħra konferiti lill-BĊE, il-BĊE għandu jkollu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jesiġi li kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta fl-Istati Membri parteċipanti tieħu l-miżuri neċessarji fi stadju bikri biex jiġu indirizzati l-problemi rilevanti fi kwalunkwe ċirkostanza li ġejja:
|
(a)
|
l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tilħaqx ir-rekwiżiti tal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3);
|
|
(b)
|
il-BĊE għandu prova li l-istituzzjoni ta’ kreditu x’aktarx ser tikser ir-rekwiżiti tal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) fit-12-il xahar li jmiss;
|
|
(c)
|
ibbażati fuq determinazzjoni, fil-qafas ta’ rieżami superviżorju f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 4(1), li l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjoni ta’ kreditu u l-fondi proprji u l-likwidità miżmuma minnha ma jiżgurawx ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħha.
|
|
|
Artikolu 16 2
|
2. Għall-fini tal-Artikolu 9(1), il-BĊE għandu jkollu, b’mod partikolari, is-setgħat li ġejjin:
|
(a)
|
li jeħtieġu li l-istituzzjonijiet iżommu fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti kapitali stipulati fl-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) marbuta ma’ elementi ta’ riskji u riskji mhux koperti mill-atti rilevanti tal-Unjoni;
|
|
(b)
|
li jobbliga r-rinfurzar tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji;
|
|
(c)
|
li jesiġi li l-istituzzjonijiet jippreżentaw pjan biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti superviżorji f’konformità mal-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u li jistabbilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż titjib għal dak il-pjan rigward il-kamp ta’ applikazzjoni u l-iskadenza;
|
|
(d)
|
li jobbliga lill-istituzzjonijet japplikaw politika speċifika ta’ provvediment jew trattament ta’ assi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ fondi proprji;
|
|
(e)
|
li jirrestrinġi jew jillimita n-negozju, l-operazzjonijiet jew netwerk ta’ istituzzjonijiet jew jitlob iċ-ċessjoni ta’ attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi fuq is-solidità ta’ istituzzjoni;
|
|
(f)
|
li jobbliga t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi ta’ istituzzjonijiet;
|
|
(g)
|
li jobbliga lill-istituzzjonijiet jillimitaw rimunerazzjoni varjabbli bħala perċentwali ta’ dħul nett meta tkun inkonsistenti mal-manteniment ta’ bażi kapitali soda;
|
|
(h)
|
li jobbliga lill-istituzzjonijiet jużaw profitti netti biex jissaħħu l-fondi proprji;
|
|
(i)
|
li jirrestrinġi jew jipprojbixxi distribuzzjonijiet mill-istituzzjoni lill-azzjonisti, membri jew detenturi ta’ strumenti ta’ Grad 1 Addizzjonali fejn il-projbizzjoni ma tikkostitwixxix avveniment ta’ falliment tal-istituzzjoni;
|
|
(j)
|
li jimponi rekwiżiti ta’ rapputar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rappurtar dwar pożizzjonijiet tal-kapital u l-likwidità;
|
|
(k)
|
li jimponi rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità, inkluż restrizzjonijiet fuq diskrepanzi fil-maturità bejn assi u passivi;
|
|
(l)
|
li jitlob divulgazzjonijiet addizzjonali;
|
|
(m)
|
li jneħħi fi kwalunkwe ħin membri mill-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3).
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.10.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|