1. Meta jkun qed iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkunu qed jaġixxu fi ħdan il-MSU għandhom jaġixxu b’mod indipendenti. Il-membri tal-Bord Superviżorju Bankarju u l-Kumitat ta’ tmexxija għandhom jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la m’għandhom ifittxu u lanqas m’għandhom jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta’ Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.