2. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jkun awtorizzat, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni, li jiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali jew tal-Unjoni fil-każijiet fejn id-dritt rilevanti tal-Unjoni jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiddivulgaw informazzjoni lil dawk l-entitajiet jew fejn l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għat-tali divulgazzjoni skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni.