|
+Artikolu 15 2. |
Artikolu 15 2.L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 435, 438 u 455 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ġej:
(a)
l-informazzjoni dwar ir-riskju tas-suq imsemmija fl-Artikolu 435(1) minn (a) sa (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw it-tabella EU MRA tal-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament;
(b)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 455(a), (b), (c) u (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw it-tabella EU MRB tal-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament;
(c)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 455(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU MR2-A tal-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament;
(d)
l-informazzjoni dwar il-mudelli interni għar-riskju tas-suq imsemmija fl-Artikolu 438(h), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU MR2-B tal-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament;
(e)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 455(d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU MR3 tal-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament;
(f)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 455(g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi jużaw il-mudell EU MR4 tal-Anness XXIX ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stipulati fl-Anness XXX ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|