+Artikolu 5 Valutazzjoni tal-impatt tad-differiment fuq il-likwidità
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
|
Artikolu 5 Valutazzjoni tal-impatt tad-differiment fuq il-likwidità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. L-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post fuq il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-impatt li l-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post jista' jkollu fuq l-abbiltà tal-istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità stipulat fl-Artikolu 412(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u speċifikat fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Għall-finijiet tal-analiżi deskritta fil-paragrafu 1, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha żżid fluss 'il barra tal-likwidità, ugwali għal 100 % tal-ammont pagabbli fil-mument meta l-ħlas ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex-post ikun dovut, għall-kalkolu ta' flussi ta' ħruġ netti tal-likwidità kif stabbilit fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta' tali ħruġ stabbilit skont il-paragrafu 2 dwar rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità stabbiliti fl-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. L-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri tal-inqas il-perjodu sad-data ta' remittenza tar-rappurtar għar-rekwiżiti tal-kopertura tal-likwidità stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0778
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|