+Artikolu 7 Kriterji relatati mad-determinazzjoni ta' linji ewlenin tan-negozju.
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
|
Artikolu 7 Kriterji relatati mad-determinazzjoni ta' linji ewlenin tan-negozju.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Linji tan-negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sorsi materjali ta' dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni jew għal grupp li tifforma parti minnu l-istituzzjoni għandhom jitqiesu linji ewlenin tan-negozju.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Linji ta' negozju ewlenin għandhom jiġu identifikati abbażi tal-organizzazzjoni interna tal-istituzzjoni, l-istrateġija imprenditorjali tagħha u kemm dawk il-linji tan-negozju ewlenin jikkontribwixxu għar-riżultati finanzjarji tal-istituzzjoni. Indikaturi tal-linji tan-negozju ewlenin jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
|
(a)
|
dħul iġġenerat minn din il-linja ewlenija tan-negozju bħala persentaġġ tad-dħul ġenerali;
|
|
(b)
|
profitt iġġenerat mil-linja ewlenija tan-negozju bħala persentaġġ tal-profitt ġenerali;
|
|
(c)
|
redditu fuq il-kapital jew assi;
|
|
(d)
|
assi totali, id-dħul u l-qligħ;
|
|
(e)
|
il-bażi tal-klijentela, marka ġeografika, sinerġiji tal-marka u operattivi tan-negozju ma' negozji oħra tal-grupp;
|
|
(f)
|
l-impatt tal-waqfien tal-linja ewlenija tan-negozju fuq l-ispejjeż u l-qligħ, fejn huwa sors ta' finanzjament jew likwidità;
|
|
(g)
|
il-prospetti tat-tkabbir ta' linja tan-negozju ewlenija;
|
|
(h)
|
l-attrazzjoni tan-negozju għal kompetituri bħala akkwist potenzjali;
|
|
(i)
|
il-potenzjal tas-suq u l-valur tal-franchise.
|
Dħul futur mistenni, perspettivi tat-tkabbir u valur tal-franchise jistgħu jiġu kkunsidrati fl-identifikazzjoni ta' linja tan-negozju ewlenija fejn huma appoġġati minn previżjonijiet plawżibbli, u b'evidenza li tispjega s-suppożizzjonijiet li huma bbażati fuqhom.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Linji ewlenin tan-negozju jistgħu jiddependu fuq attivitajiet li minnhom infushom ma jiġġenerawx profitt dirett għall-istituzzjoni, iżda li jappoġġaw linji ewlenin tan-negozju tal-istituzzjoni biex b'hekk jikkontribwixxu indirettament għall-profitti tal-istituzzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0778
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|