+Artikolu 11 Notifika tal-akkwisti proposti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Notifika tal-akkwisti proposti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika, jew it-tali persuni li jaġixxu flimkien (“l-akkwirent propost”), li jkunu ħadu deċiżjoni biex jakkwistaw, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni kwalifikattiva f’ditta ta’ investiment jew biex iżidu ulterjorment, direttament jew indirettament, it-tali parteċipazzjoni kwalifikattiva f’ditta ta’ investiment b’tali mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew biex id-ditta ta’ investiment issir sussidjarja tagħha (“l-akkwist propost”), jinnotifikaw l-ewwel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti tad-ditta ta’ investiment li fiha qed jippruvaw jakkwistaw parteċipazzjoni kwalifikattiva jew iżiduha, u jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba u t-tagħrif rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 13(4). L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni kwalifikattiva f’ditta ta’ investiment għandha l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti u tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni maħsuba. It-tali persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas il-parteċipazzjoni kwalifikattiva tagħha b’mod li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tagħha jkun se jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li d-ditta ta’ investiment ma tkunx se tibqa’ sussidjarja tagħha. L-Istati Membri mhumiex obbligati japplikaw il-limitu ta’ 30 % fejn, skont il-punt (a) tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/109/KE, huma japplikaw limitu ta’ terz. Meta jiġu biex jiddeterminaw jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni kwalifikattiva msemmija fl-Artikolu 10 u f’dan l-Artikolu humiex issodisfati, l-Istati Membri m’għandhomx iqisu d-drittijiet tal-vot jew l-ishma li d-ditti ta’ investiment jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom minħabba li jipprovdu s-sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji u/jew it-tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inklużi taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I, sakemm dawk id-drittijiet, minn naħa, ma jkunux eżerċitati jew użati b’mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent u min-naħa l-oħra, jitneħħew fi żmien sena mill-akkwist.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jaħdmu f’konsultazzjoni sħiħa ma’ xulxin meta jwettqu l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 13(1) (“il-valutazzjoni”) jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta ta’ investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist;
(b)
l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, ta’ impriża tal-assigurazzjoni, ta’ impriża tar-riassigurazzjoni, ditta ta’ investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist; jew
(c)
persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta ta’ investiment jew kumpanija maniġerjali tal-UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur ieħor minbarra dak li fih ikun qed jiġi propost l-akkwist.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif li jkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin, meta jiġu mitluba jagħmlu dan, it-tagħrif kollu rilevanti u għandhom jikkomunikaw, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, kull tagħrif li jkun essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat lid-ditta ta’ investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist, għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, jekk ditta ta’ investiment issir taf bi kwalunkwe akkwist jew disponiment tal-parteċipazzjonijiet fil-kapital tagħha li jikkawżaw lill-parteċipazzjonijiet jaqbżu jew jaqgħu taħt kull wieħed mil-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, dik id-ditta ta’ investiment għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien. Mill-inqas darba fis-sena, id-ditti ta’ investiment għandhom jgħarrfu wkoll lill-awtorità kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u tal-membri li jkollhom parteċipazzjonijiet kwalifikattivi u bid-daqs ta’ dawn il-parteċipazzjonijiet, kif muri, pereżempju, mit-tagħrif irċevut fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u tal-membri jew bħala riżultat tal-konformità mar-regolamenti li japplikaw għall-kumpaniji li t-titoli trasferibbli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri simili għal dawk imsemmija fl-Artikolu 10(3) rigward il-persuni li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu tagħrif minn qabel dwar l-akkwist jew iż-żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikattiva. Jekk tiġi akkwistata parteċipazzjoni minkejja l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, mingħajr ma jagħtu każ tas-sanzjonijiet l-oħra li jridu jiġu adottati, jew għas-sospensjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti tal-vot, jew għan-nullità tal-voti mitfugħa jew għall-possibbiltà tal-annullament tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|