+Artikolu 12 Perjodu ta’ valutazzjoni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
|
Artikolu 12 Perjodu ta’ valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, minnufih, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta’ xogħol minn meta jirċievu n-notifika rikjesta skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), kif ukoll wara li tiġi possibbilment irċevuta sussegwentement l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jirrikonoxxu bil-miktub li rċevewha lill-akkwirent propost. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom perjodu massimu ta’ sittin jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma tal-irċevuta bil-miktub tan-notifika u tad-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmuża man-notifika abbażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 13(4) (il-“perjodu ta’ valutazzjoni”), biex iwettqu l-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni meta jikkonfermaw l-irċevuta.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, jekk ikun meħtieġ, u mhux wara l-50 jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, jitolbu għal informazzjoni ulterjuri li hi meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għal informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-irċevuta ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jkun interrott. Din l-interruzzjoni m’għandhiex taqbeż l-20 jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħhom, iżda tista’ ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 sa 30 jum ta’ xogħol jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
persuna fiżika jew ġuridika li tinsab jew hija rregolata barra mill-Unjoni;
(b)
persuna fiżika jew ġuridika li mhix suġġetta għal superviżjoni skont din id-Direttiva jew skont id-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE jew 2013/36/KE.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara t-tlestija tal-valutazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwist propost, huma għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, u mingħajr ma jaqbżu l-perjodu ta’ valutazzjoni, jinfurmaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Suġġetta għal-liġi nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista’ ssir aċċessibbli għall-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan m’għandux iżomm lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti twettaq dan l-iżvelar mingħajr ma dan jintalab mill-akkwirent propost.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jopponux bil-miktub, fil-perjodu ta’ valutazzjoni, l-akkwist propost, dan l-akkwist propost għandu jitqies li jkun ġie approvat.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiffissaw perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwist propost u jestendu dan il-perjodu fejn dan ikun xieraq.
|
|
Artikolu 12 7.
|
L-Istati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżiti għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti u għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ akkwisti diretti jew indiretti tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital li jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 12 8.
|
L- AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ tagħrif, imsemmi fl-Artikolu 13(4), li għandu jiġi inkluż mill-akkwirenti proposti fin-notifika tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L- AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 12 9.
|
L- AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-modalitajiet tal-proċess tal-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 11(2). L- AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|