+Artikolu 13 Valutazzjoni
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13 Valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Huma u jivvalutaw in-notifika prevista fl-Artikolu 11(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiżguraw il-ġestjoni soda u prudenti tad-ditta ta’ investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist, u wara li tiġi kkunsidrata l-influwenza li x’aktarx ikollu l-akkwirent propost fuq id-ditta ta’ investiment, għandhom jevalwaw l-adegwatezza tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwist propost fid-dawl tal-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;
(b)
ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li ser tmexxi n-negozju tad-ditta ta’ investiment bħala riżultat tal-akkwist propost;
(c)
is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikulari fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li huwa previst fid-ditta ta’ investiment li fiha jkun qed jiġi propost l-akkwist;
(d)
jekk id-ditta ta’ investiment hix ser tkun kapaċi tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u, fejn applikabbli, fuq Direttivi oħrajn, b’mod partikolari d-Direttivi 2002/87/KE u 2013/36/UE, b’mod partikolari, jekk il-grupp li ser issir parti minnu għandux struttura li tippermetti l-eżerċizzju ta’ superviżjoni effettiva, l-iskambju effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u li tiddetermina l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti;
(e)
jekk ikunx hemm motivi raġonevoli biex wieħed jissuspetta li, b’rabta mal-akkwist propost, sar, qed isir jew hemm tentattivi biex isir il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li l-akkwist propost jista’ jżid ir-riskju ta’ kondotta bħal din.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 miżurili jaġġustaw il-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 13 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jopponu l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivi raġonevoli biex jagħmlu dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew jekk it-tagħrif ipprovdut mill-akkwirent propost ma jkunx komplut.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-Istati Membri la għandhom jimponu kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell tal-parteċipazzjoni li għandha tiġi akkwistata u lanqas m’għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
|
|
Artikolu 13 4.
|
L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista li tispeċifika t-tagħrif meħtieġ biex issir il-valutazzjoni u li għandu jiġi pprovdut lill-awtoritajiet kompetenti meta ssir in-notifika msemmija fl-Artikolu 11(1). It-tagħrif meħtieġ għandu jkun proporzjonat u adattat għan-natura tal-akkwirent propost u tal-akkwist propost. L-Istati Membri m’għandhomx jirrikjedu tagħrif li mhux rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Minkejja l-Artikolu 12(1), (2) u (3), fejn żewġ proposti jew iktar għal akkwist jew żieda tal-parteċipazzjonijiet kwalifikattivi fl-istess ditta ta’ investiment ikunu ġew innotifikati lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha tittratta lill-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|