+Artikolu 18 Proċess tan-negozjar u finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’MTF u f’OTF
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.
---+Artikolu 18 11.

Artikolu 18 Proċess tan-negozjar u finalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet f’MTF u f’OTF

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF, għandhom, minbarra li jissodisfaw ir-rekwiżiti organizzattivi stabbiliti fl-Artikolu 16, jistabbilixxu wkoll regoli u proċeduri trasparenti għall-kummerċ ġust u bl-ordni u jistabbilixxu kriterji oġġettivi għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-ordnijiet. Għandu jkollhom arranġamenti għall-ġestjoni soda tal-operat tekniku tal-faċilità, inkluż l-istabbiliment ta’ arranġamenti effettivi ta’ kontinġenza sabiex ilaħħqu mar-riskji ta’ diżordni fis-sistemi.
Artikolu 18 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu regoli trasparenti rigward il-kriterji sabiex jistabbilixxu l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu nnegozjati taħt is-sistemi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn ikun applikabbli, id-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jipprovdu biżżejjed tagħrif, jew ikunu ssodisfati li jkun hemm aċċess għal biżżejjed tagħrif disponibbli pubblikament sabiex jgħinu lill-utenti tagħhom jagħmlu ġudizzju dwar l-investiment, filwaqt li jqisu kemm in-natura tal-utenti kif ukoll it-tipi ta’ strumenti nnegozjati.

Artikolu 18 3.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jistabbilixxu, jippubblikaw u jżommu u jimplimentaw regoli trasparenti u mhux diskriminatorji, imsejsa fuq kriterji oġġettivi, li jirregolaw l-aċċess għall-faċilità tagħhom.
Artikolu 18 4.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF ikollhom arranġamenti biex jiġu identifikati b’mod ċar u mmaniġġati konsegwenzi negattivi potenzjali għall-funzjonament tal-MTF jew l-OTF, jew għall-membri jew il-parteċipanti u l-utenti, ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess bejn l-interess tal-MTF, l-OTF, is-sidien tagħhom jew id-ditta ta’ investiment jew l-operatur tas-suq li jħaddem l-MTF jew l-OTF u l-funzjonament tajjeb tal-MTF jew l-OTF.
Artikolu 18 5.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li ditti ta’ investiment u operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jikkonformaw mal-Artikoli 48 u 49 u li jkollhom fis-seħħ is-sistemi, proċeduri u arranġamenti effikaċi kollha meħtieġa biex jagħmlu dan.
Artikolu 18 6.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF jgħarrfu b’mod ċar lill-membri jew lill-parteċipanti tagħhom dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom rigward is-saldu tat-tranżazzjonijiet imwettqa f’dik il-faċilità. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li jħaddmu MTF jew OTF ikunu daħħlu fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiffaċilitaw is-saldu effiċjenti tat-tranżazzjonijiet konklużi skont is-sistemi ta’ dik l-MTF jew OTF.
Artikolu 18 7.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li MTFs u OTFs ikollhom tal-anqas tliet membri jew utenti materjalment attivi, li kull wieħed minnhom ikollu l-opportunità li jinteraġixxi mal-oħrajn kollha fir-rigward tal-formazzjoni tal-prezzijiet.
Artikolu 18 8.
Meta titolu trasferibbli li jkun ġie ammess għall-kummerċ f’suq regolat jiġi nnegozjat ukoll f’MTF jew f’OTF mingħajr il-kunsens tal-emittent, l-emittent ma għandu ikun suġġett għall-ebda obbligu li jkollu x’jaqsam mal-iddivulgar finanzjarju inizjali, li jkun għaddej jew ad hoc rigward din l-MTF jew din l-OTF.
Artikolu 18 9.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi kull ditta ta’ investiment u operatur tas-suq li jħaddem MTF jew OTF jikkonforma minnufih ma’ kull struzzjoni mill-awtorità kompetenti tiegħu skont l-Artikolu 69(2) sabiex jissospendi jew ineħħi strument finanzjarju mill-kummerċ.
Artikolu 18 10.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li d-ditti ta’ investiment u l-operaturi tas-suq li joperaw MTF jew OTF jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’deskrizzjoni dettaljata tal-funzjonament tal-MTF jew tal-OTF, inklużi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(1), (4) u (5), kwalunkwe rabtiet ma’ jew parteċipazzjoni minn suq regolat, MTF, OTF jew internalizzatur sistematiku li jappartjeni għall-istess ditta ta’ investiment jew operatur tas-suq, u lista tal-membri tagħhom, parteċipanti u/jew utenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli lill- AETS fuq talba. Kull awtorizzazzjoni lil ditta ta’ investiment jew operatur fis-suq bħala MTF jew OTF għandha tkun notifikata lill- AETS. L- AETS għandha tistabbilixxi lista tal-MTFs u tal-OTFs kollha fl-Unjoni. Il-lista għandha tinkludi informazzjoni fuq is-servizzi li tipprovdi l-MTF jew l-OTF u tinkludi l-kodiċi uniku li jidentifika l-MTF jew l-OTF għall-użu f’rapporti skont l-Artikoli 6, 10 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Hu għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. L- AETS għandha tippubblika u taġġorna l-lista fuq is-sit elettroniku tagħha.
Artikolu 18 11.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-kontenut u l-format tad-deskrizzjoni u n-notifika referuta fil-paragrafu 10.

L- AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-3 ta' Jannar 2016.

Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.