|
+Artikolu 26 L-għoti ta’ servizzi permezz ta’ ditta oħra ta’ investiment |
Artikolu 26 L-għoti ta’ servizzi permezz ta’ ditta oħra ta’ investimentArtikolu 26 L-għoti ta’ servizzi permezz ta’ ditta oħra ta’ investiment L-Istati Membri għandhom jippermettu lil ditta ta’ investiment li, meta tirċievi struzzjoni biex tipprovdi servizzi ta’ investiment jew servizzi anċillari f’isem klijent permezz ta’ ditta oħra ta’ investiment, toqgħod fuq it-tagħrif dwar il-klijenti mibgħut minn din id-ditta l-oħra ta’ investiment. Id-ditta ta’ investiment li tkun bagħtet l-istruzzjonijiet bħala medjatur se tibqa’ responsabbli għall-kompletezza u l-eżattezza tat-tagħrif mibgħut. Id-ditta ta’ investiment li tirċievi struzzjoni sabiex twettaq servizzi f’isem klijent b’dak il-mod għandha tkun kapaċi wkoll toqgħod fuq kull rakkomandazzjoni rigward is-servizz jew it-tranżazzjoni li tkun ingħatat lill-klijent minn ditta oħra ta’ investiment. Id-ditta ta’ investiment li tkun bagħtet l-istruzzjonijiet bħala medjatur se tibqa’ responsabbli minn kemm ikunu adegwati għall-klijent ir-rakkomandazzjonijiet jew il-pariri pprovduti. Id-ditta ta’ investiment li tirċievi struzzjonijiet jew ordnijiet ta’ klijent permezz ta’ ditta oħra ta’ investiment għandha tibqa’ responsabbli għall-konklużjoni tas-servizz jew tat-tranżazzjoni, abbażi ta’ kull tagħrif jew rakkommandazzjoni ta’ dan it-tip, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan it-Titolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|