+Artikolu 28 Ir-regoli ta’ kif għandhom jiġu ttrattati l-ordnijiet tal-klijenti
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.

Artikolu 28 Ir-regoli ta’ kif għandhom jiġu ttrattati l-ordnijiet tal-klijenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi d-ditti ta’ investiment li huma awtorizzati jwettqu ordnijiet f’isem il-klijenti jimplimentaw il-proċeduri u l-arranġamenti li jipprovdu t-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti, fejn jidħlu l-ordnijiet ta’ klijenti oħra jew l-interessi tal-kummerċ tad-ditta ta’ investiment.

Dawk il-proċeduri jew l-arranġamenti għandhom jippermettu t-twettiq ta’ ordnijiet tal-klijenti li mill-bqija jkunu komparabbli skont iż-żmien meta d-ditta ta’ investiment tirċevihom.

Artikolu 28 2.
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, fil-każ ta’ ordni tal-limitu ta’ klijent rigward ishma ammessi għall-kummerċ f’suq irregolat jew innegozjati f’ċentru ta’ negozjar li ma jkunux imwettqa minnufih skont il-kondizzjonijiet prevalenti tas-suq, id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu miżuri, għajr jekk il-klijent jordnalhom espressament xorta oħra, sabiex jiffaċilitaw l-iktar twettiq bikri possibbli ta’ din l-ordni billi jagħmlu pubbliku minnufih din l-ordni tal-limitu tal-klijent f’manjiera li tkun aċċessibbli bla xkiel għal parteċipanti oħra fis-suq. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-ditti ta’ investiment jikkonformaw ma’ dak l-obbligu billi jittrażmettu l-ordni tal-klijent b’limitu għal ċentru ta’ negozjar. L-Istati Membri għandhom jipprevedu illi l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirtiraw l-obbligu li tiġi ppubblikata ordni b’limitu tal-prezz li tkun kbira fid-daqs meta mqabbla mad-daqs normali tas-suq kif stabbilit skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.
Artikolu 28 3.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 89 biex tiddefinixxi:

(a) 

il-kundizzjonijiet u n-natura tal-proċeduri u l-arranġamenti li jwasslu għat-twettiq fil-pront, ġust u bil-ħeffa tal-ordnijiet tal-klijenti u s-sitwazzjonijiet li fihom id-ditti ta’ investiment jistgħu jiddevjaw b’mod raġonevoli mit-twettiq fil-pront jew it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li għalihom id-ditti ta’ investiment jistgħu jagħmlu dan sabiex jiksbu termini iktar favorevoli għall-klijenti;

(b) 

il-metodi differenti li permezz tagħhom ditta ta’ investiment tista’ tiġi meqjusa li tkun issodisfat l-obbligu tagħha li tiżvela lis-suq l-ordnijiet tal-klijent b’limitu tal-prezz li ma jkunux jistgħu jitwettqu minnufih.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0065
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.